Raġel ta’ 49 sena mill-Fgura ttieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta bejn żewġ karozzi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq l-Imdina Ħ’Attard, fejn kienet involuta l-karozza Peugeot li kienet qed tinstaq minn dan ir-raġel, u vettura Bedford misjuqa minn raġel ta’ 44 sena min-Naxxar.
Ir-raġel mill-Fgura sofra ġrieħi ħfief filwaqt li x-xufier l-ieħor ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-incident, li seħħ f’waħda mill-aktar arterji prinċipali ta’ pajjizna, ikkawża ammont kbir ta’ traffiku fiz-zona.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.
//= $special ?>