Sport Sport Ieħor

RITRATTI: 90 ġinnasta jirrappreżentaw lil Malta fil-World Gymneastrada

Għall-ewwel darba, Malta kienet tinsab fost aktar minn 60 pajjiż u 20,000 parteċipant li qed jieħdu sehem fis-16-il edizzjoni tal-World Gymneastrada. F’dan il-festival li qed isir f’Dorbirn, hu meqjus bħala l-akbar wieħed fid-dinja, diversi ġinnasti juru t-talenti tagħhom b’diversi prestazzjonijiet differenti.

Dan l-avveniment hu importanti għaliex jesponi lill-Malti fix-xena internazzjonali hekk kif eluf ta’ spettaturi segwew iċ-Ċerimonja tal-Ftuħ. Matul il-ġimgħa kien hemm xandiriet diretti mhux biss fl-Awstrija iżda wkoll fil-Ġermanja u l-Iżvizzera.

It-tim Malti hu magħmul minn ġinnasti ta’ bejn is-seba’ u t-18-il sena li jagħmlu parti Chun Gymnastics, f’dan l-akbar festival mhux kompetittiv tad-dinja li jsir kull erba’ snin mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ġinnastika.

Din kienet il-ħolma tal-fundatur tal-klabb Albert Chun li sfortunatament miet is-sena l-oħra. Kien f’Mejju tal-2017 li Chun kien attenda l-ewwel laqgħa ta’ Gymnaestrada u rritorna b’entużjażmu biex Malti tipparteċipa f’dan l-avveniment.