Sport Sport Ieħor

Seba’ studenti Maltin b’opportunità ta’ kors fi Franza biex isaħħu l-għarfien dwar iż-żwiemel

Fil-jiem li ġejjin, seba’ studenti Maltin se jkunu qed jivvjaġġaw lejn iċ-ċentru ta’ taħriġ ta’ Grosbois f’Boissy St Leger fi Franza biex jipparteċipaw f’kors vokazzjonali ta’ erbat ijiem dwar it-taħriġ, iż-żamma u l-ħarsien taż-żwiemel tat-trott.

Dan il-kors hu organizzat mill-iskola internazzjonali tat-trott AFASEC. Il-parteċipazzjoni qed tkun kordinata minn Kenneth Vella, edukatur u rappreżentant ta’ AFASEC f’Malta bl-appoġġ ta’ Izibet. Id-Direttur Operattiv tal-kumpanija Sergio Cappitta ppreżenta assistenza finanzjarja lil Vella u l-istudenti waqt attività uffiċjali.