Il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport irrifjuta l-appell tal-klabb Albaniż Skenderbeu kontra d-deċiżjoni maħruġa mill-Bord tal-Appelli tal-UEFA fis-26 ta’ April 2018 li kkonfermat id-deċiżjoni tad-29 ta’ Marzu 2018 mill-Bord tal-Kontroll, Etika u Dixxiplina tal-UEFA.
Dan il-bord sab lil Skenderbeu responsabbli ta’ attivitajiet b’rabta ma’ rranġar ta’ logħob u eskludew il-klabb milli jipparteċipa mill-kompetizzjonijiet tal-UEFA għal għaxar snin u ordna lill-klabb iħallas il-multa ta’ €1,000,000.
F’Mejju tas-sena l-oħra, Skenderbeu kienu appellaw fil-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport biex jisfidaw id-deċiżjoni u għalhekk idawru d-deċiżjoni oriġinali. Is-smigħ sar fis-16 ta’ April u fuq bażi tal-evidenza għad-dispożizzjoni, il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport ikkonkluda li s-sanzjonijiet imposti mill-UEFA kienu ġustifikati u għalhekk kienet konfermata d-deċiżjoni oriġinali.
Skenderbeu ddominaw ix-xena tal-futbol fl-Albanija fl-aħħar għaxar snin hekk kif rebħu l-kampjonat għal sitt snin konsekuttivi bejn l-istaġun 2010/11 u l-2016/17 u saru wkoll l-ewwel tim Albaniż li kkwalifika għall-fażi tal-gruppi ta’ kompetizzjoni Ewropea.
//= $special ?>