Festi Għawdex Kultura Lokali

Spettaklu ta’ logħob tan-nar f’Ta’ Kerċem

Il-Kumitat tan-Nar ta’ Kerċem għat-tielet sena konsekuttiva ser tkun qed ittella’ l-ispettaklu ‘Flames Across the Meadows’ nhar is-Sibt 13 ta’ Lulju. Wara s-suċċess li dan il-Kumitat kiseb matup is-snin f’dan il-qasam b’diversi temi minn pajjizi differenti, ghal din is-zena ntghazlet it-temq ta’ Sydney Bridge gewwa l-Awstralja.

Din l-istruttura tikkonsisti f’75 pied tul, u 30 pied gholi, u hija maghmula min injam u hadid, u ser tkun qed tiehu l-forma taghha permezz ta’ madwar 2000 jog li jimxu fuq ir-roti. Ma din l-istruttura ser isir spettaklu kbir tal-loghob tan-nar sinkronizzat mal-muzika bis-sistema FireTek.

Din l-istruttura hija l-idea ta’ Twanny Gauci, li ghalkemm mhuwiex mir-raħal ta’ Kerċem, jagħti kontribut kbir lil dan ir-rahal.