Ir-wrestler professjonali mill-Ġappun, Tajiri, jinsab f’pajjiżna fejn se jiddefendi t-titlu ta’ champion ta’ Pro Wrestling Malta mirbuħ minnu iktar kmieni dan ix-xahar f’Bologna. Tajiri se jkun qed jikkompeti fi triple threat match kontra Red Scorpion, li mingħandu ħa t-titlu, kif ukoll Glamorous Roddy.
Ir-wrestler professjonali Ġappuniż hu wiċċ sinonimu ma’ dawk li jsegwu dan l-isport. Hu sar popolari għall-prestazzjonijiet tiegħu għal Extreme Championship Wrestling (ECW) fis-snin 90.
Il-ħiliet tiegħu wassluh biex ġie offrut kuntratt mill-World Wrestling Federation li eventwalment saret il-World Wrestling Entertainment (WWE) fejn ħadem ma’ wrestlers oħra popolari fosthom Eddie Guerrero u William Regal.
Matul il-karriera tiegħu hu rnexxielu jikseb diversi titli fosthom id-WCW United States Championship, il-Cruiserweight Championship kif ukoll it-Tag Team Championship tad-WWE. Is-serata, b’taħlita ta’ talent Malti u lokali, issir għada filgħaxija fit-tmienja ta’ filgħaxija fil-Palace Theatre ta’ Raħal ġdid.
//= $special ?>