Il-Gvern ser ikun qed iwaqqaf l-operat taż-żwiemel tal-karozzini fix-xhur ta’ Lulju u Awwissu bejn is-1PM u l-4PM.
Ġew imnedija regolamenti ġodda fil-forma ta’ Avviż Legali fir-rigward taż-żwiemel tal-karozzini – regoli li jindirizzaw il-benesseri taż-żwiemel.
Dan kien imħabbar mis-Segretaju Parlamentari għall-Agrikultura, Sajd u Drittijiet tal-Annimal, Clint Camilleri li saħaq li dan sar wara qbil bejn l-istakeholders kollha, inklużi l-kuċċiera.
Dan l-Avviż jinkludi wkoll li żiemel ma jistax jintuża fi ġranet wara xulxin u jrid jiġi olternat filwaqt li ma jintużax aktar minn tliet darbiet f’ġimgħa.
Vjaġġ bil-karozzin ma jistax jieħu iktar minn 45 minuta filwaqt li ma jistax ikollu aktar minn erba’ passiġġiera.
//= $special ?>