Possibbiltà ta’ xita fil-Portugall u Spanja. Sħana u xemx f’Corsica u Sardenja. Xita bir-ragħad fl-Italja u t-tramuntana tal-Greċja u fit-Turkija. Xita qawwija u bir-ragħad għal partijiet minn Franza, il-Ġermanja, l-Iżivizzera, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka.
Fil-biċċa l-kbira bnazzi fil-Polonja, l-Islovakkja u l-Ungerija, u ftit minn kollox għad-Danimarka hekk kif inhu mbassar temp xemxi bix-xita xi kulant, filwaqt li l-Finlandja se jkollha temp kiesaħ b’waqtiet twal xemxin. U bnazzi b’waqtiet bix-xita fl-Iżveja u fin-Norveġja.
Dan hu t-temp mistenni fis-sigħat li ġejjin fil-kontinent Ewropew, filwaqt li f’pajjiżna mhux mistennija jbattu t-temperaturi għoljin, hekk kif l-għola mistennija tibqa madwar 34 grad celsuis bejn illum u l-Ħamis li ġej, biex il-Ġimgħa mbagħad tinżel għal madwar 31 grad.
//= $special ?>