Futbol Sport

Zinedine Zidane jħalli l-kamp ta’ taħriġ ta’ Real Madrid

Zinedine Zidane ħalla l-kamp ta’ taħriġ ta’ Real Madrid waqt il-pre-season minħabba raġunijiet personali. Il-klabb ħabbar dan u ma ta l-ebda dettalji għaliex Zidane ħalla l-iskwadra f’Montreal fil-Kanada.

Real Madrid qed jitħarrġu fl-istat ta’ Quebec qabel l-ewwel impenn tagħhom kontra Bayern Munich fil-21 ta’ Lulju fl-International Champions Cup. Real Madrid ikkonfermaw li fl-assenza ta’ Zidane, se jkun l-assistent kowċ David Bettoni li se jmexxi lit-tim.