Lokali

Anzjana bi ġrieħi gravi wara li ttajret f’Tas-Sliema

Anzjana ta’ 69 ittajret minn vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa minn Libjan ta’ 51 sena fi Triq San Pawl f’Tas-Sliema.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.30pm.

Fuq il-post marru membri tal-korp tal-Pulizija u kif ukoll ambulanza li ħadu lill-anzjana l-isptar.

Aktar tard il-vittma ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

Il-pulizija qed tinvestiga dan l-inċident.