Futbol Sport

Barella uffiċjalment plejer ta’ Inter

(Ritratt: Inter)

Wara li l-Ħamis tħabbar li ntlaħaq ftehim bejn Inter u Cagliari lbieraħ ħarġet l-aħbar uffiċjali li Nicolò Barella sar plejer ta’ Inter. Iż-żagħżugħ Taljan iffirma kuntratt ta’ ħames snin b’salarju ta’ €2.5 miljun u se jingħaqad mal-iskwadra fis-16 ta’ Lulju biex imorru għat-tournament fl-Asja.

Inter akkwistaw il-plejer b’self għal staġun u b’obbligu li jinxtara staġun ieħor għal somma totali ta’ €37 miljun flimkien ma’ diversi bonus li faċilment jintlaħqu u jtellgħu t-total għal €45 miljun. Is-somma tista’ anki titla’ għal €50 miljun b’xi bonus ieħor u b’hekk Barella sar l-aktar plejer fl-istorja ta’ Inter li sewa flus.

Barella għamel l-eżami mediku lbieraħ fil-kliniċi Humanitas u dik tal-CONI u għamel żjara lit-tim il-ġdid tiegħu li jinsab f’kamp ta’ taħriġ f’Lugano. Hu kien ilu ma’ Cagliari minn età żgħira u b’kollox lagħab 112-il logħba magħhom.

Tags