Valtteri Bottas għeleb lil Lewis Hamilton għal pole position tal-GP Brittaniku b’sitt milli sekondi b’Charles Leclerc eżatt wara b’7 milli sekondi fi kwalifika ta’ Silverstone li kienet waħda mill-aktar viċin fl-istorja, forsi anke minħabba l-fatt li telqu fuq art ġdida.
Minkejja li ma ttejjibx fuq il-ħin ta’ Q3, Bottas wettaq rekord ġdid fuq dan iċ-ċirkwit famuż u kien biżżejjed għalih biex għeleb lil sieħbu Hamilton li kien favorit li f’pajjiżu quddiem il-pubbliku tiegħu, jakkwista il-ħames pole position konsekuttiva.
Hamilton wettaq żball fl-ewwel ġirja tiegħu fil-parti finali tal-kwalifikazzjoni u ma rnexxielux jaqbeż lil Bottas bl-aħħar sforz tiegħu. Hu jittama li jagħmel l-istorja b’sitt rebħa Ingliża tal-GP nhar il-Ħadd.
Wara, Bottas, Hamilton u Leclerc se jibdew; Verstappen u Gasly ta’ Red Bull, b’ Sebastian Vettel jiddiżappunta.
//= $special ?>