Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump iddikjara stat ta’ emerġenza f’Louisiana hekk kif maltempata tropikali qed toqrob lejn din iż-żona.
Fl-aħħar jiem, il-maltempata msejħa Barry, żiedet fis-saħħa tagħha, bil-veloċità tar-riħ taqbeż il-mitt kilometru s-siegħa.
U dan mistenni jkompli jiżdied hekk kif joqrob l-art min-naħa tax-xlokk tal-Istati Uniti, bil-veloċità tar-riħ mistennija tilħaq livelli li jiġu klassifikati taħt dak uragan.
//= $special ?>