Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqat minn 2 karozzi fil-Floriana

Ritratt mill-Arkivji

Żagħżugħ jinsab fil-periklu tal-mewt wara li billejl ittajjar darbtejn fil-Floriana.

Norveġiż ta’ 29 sena ntlaqat minn karozza misjuqa minn Malti miż-Żurrieq ta’ 40 sena fis-1.10am fi Triq Nazzjonali. Meta kien mal-art, il-vittma ntlaqat minn karozza oħra, din id-darba misjuqa minn raġel ta’ 31 sena li joqgħod il-Belt Valletta.

Fuq il-post issejħu uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, uffiċjali tal-pulizija u ambulanza. Din ħadet lir-raġel l-isptar, fejn ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu li jitlef ħajtu.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Victor Axiak.