Sport Sport Ieħor

Halep tirbaħ il-finali f’Wimbledon

Simona Halep għelbet lil Serena Williams biex finalment rebħet l-ewwel titlu tagħha f’Wimbledon.

Halep saret l-ewwel ċampjin tas-singles Rumena fl-All England Club hekk kif iddominat fuq Williams f’55 minuta; Williams se jkollha tkompli  tistenna għal darb’oħra l-24 titlu singles tal-Grand Slam biex tilħaq ir-rekord attwali.

Simona Halep ipproduċiet prestazzjoni brillanti biex rebħa 6-2 6-2 lis-seba’ darbiet ċampjin Serena Williams u b’hekk rebħet it-tieni titlu tal-Grand Slam tagħha.

Hi kienet rebħet biss waħda mill-għaxar laqgħat preċedenti kontra Williams imma issa kkawżat t-tielet telfa f’finali konsekuttiva tas-singles tal-Grand Slam għall-Amerikana, li b’hekk tibqa’ b’23 titlu singles tal-Grand Slam.