Internazzjonali

Ikomplu l-iżviluppi favur trasport iżjed sostenibbli f’Pariġi

F’Pariġi qed jikber dejjem iktar moviment li jmur ‘lil hinn mill-użu tal-karozzi fil-belt kapitali ta’ Franza.

Dan hekk kif parti sostanzjali tal-popolazzjoni f’Pariġi tagħmel użu minn roti u scooters għat-trasport, għalkemm il-karozzi għadhom jieħdu ħafna spazju.

U huwa propju għal din ir-raġuni għaliex qed jinġieb l-argument illi l-karozzi għandhom jiġu pprojbiti għalkollox f’Pariġi.

Hu kkalkulat li l-karozzi f’Pariġi jintużaw biss għal 10% tal-vjaġġi ta’ kuljum iżda jieħdu aktar minn 50% tal-ispazju. Sal-2020 hu mistenni li f’Pariġi jkun hemm mal-1000 kilometru ta’ korsiji għar-roti u scooters.