Raġel ta’ 41 sena miż-Żejtun tressaq il-Qorti s-Sibt wara li allegatament hedded il-ħajja ta’ martu waqt diversi argumenti.
Ir-raġel, li ismu ma jistax jiġi ppubblikat taħt ordnijiet tal-qorti, ġie akkużat li kien vjolenti u kien riċediv fil-konfront ta’ martu.
Il-qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Victor Axiaq, ordnat li tinħareġ ordni ta’ protezzjoni lill-mara.
Il-qorti semgħet ukoll kif il-koppja kienu ilhom jargumentaw għal madwar 10 xhur.
Ir-raġel ingħata l-libertà provizorja b’garanzija li jiffirma tliet darbiet fil-ġimgħa fl-Għassa tal-Pulizija u bil-kundizzjoni li r-raġel iħallas garanzija personali ta’ €5,000.
Marion Camilleri u Franco Debono kienu l-avukati tad-difiża.
//= $special ?>