Nigel Muscat ta’ 23 sena minn Ħaż-Żabbar ma ngħatax il-libertà provizorja wara li tressaq il-Qorti akkużat li kellu fil-pussess tiegħu żewġ kilogrammi u nofs kannabis u €11,000 fi flus kontanti.
Il-qorti semgħet kif il-pulizija marru fid-dar ta’ Nigel Muscat wara li rċivew informazzjoni li kien qed jaħżen ammont sostanzjali ta’ droga.
Huma avviċinawh hu u ħiereġ mid-dar u sabu li kellu kilogramma ta’ kannabis fuqu. Wara l-pulizija fittxew id-dar tar-raġel u sabu kilogramma u nofs oħra ta’ kannabis.
Il-qorti ċaħdet it-talba tal-ħelsien mill-arrest wara li argumentat li l-każ kien għadu fl-istadji bikri u li aktar xhieda ċivili għad iridu jixhdu.
Il-Maġistrat Ian Farrugia ippresieda dan il-każ.
Intant fl-istess rejd fi Triq ix-Xgħajra, ġew arrestati wkoll żewġ żgħażagħ oħra żagħżugħ ta’ 25 sena u żagħżugħa ta’ 23 sena, minn Bormla, li qed jassistu lill-Pulizija fl-investigazzjoni tagħhom.Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia.
//= $special ?>