Futbol Sport

Man Utd jirbħu l-ewwel partita ta’ ħbiberija

Fl-ewwel partita ta’ ħbiberija tal-preseason – meta tħares lejn l-ikbar timijiet mid-dinja tal-futbol, fl-Ewropa, aktar kmieni llum… Manchester United bdew l-impenji tagħhom b’rebħa kontra Perth Glory tal-Awstralja.

It-tim immexxi minn Ole Gunna Solskjaer rebaħ bl-iskor ta’ 2-0 b’goals ta’ Marcus Rashford u James Garner, midfielder li għad għandu biss 18-il sena.

F’din ir-rebħa apparti li lagħab u ta assist Paul Pogba, fejn kien strumentali fil-goal ta’ Rashford, dehru għall-ewwel darba bil-flokkijiet tal-klabb l-akkwisti l-ġodda tar-Red Devils; Aaron Wan-Bissaka u Daniel James, b’dan tal-aħħar jimpressjona tant li kien ivvutat l-aqwa player tal-logħba mis-sit uffiċjali tal-klabb.