L-aħbar fuq fomm kulħadd mid-dinja tal-futbol internazzjonali żgur li hija dik ta’ Sinisa Mihajlovic li llum qasam aħbar kerha mad-dinja.
Hu assigura li se jkun qed ikompli jaħdem bħala kowc ta’ Bologna iżda se jkun qiegħed jagħnel dak waqt li jieħu kura għal-lewkimja.
“Jien nirrispetta l-marda. Ma nistax nistenna biex immur l-isptar u nibda l-ġlieda. M’għandi l-ebda dubju li nirbaħ din il-battalja. ” – qal Mihajlovic f’konferenza stampa.
Is-Serb ta’ 50 sena illum kellu konferenza stampa speċjali f’Bologna, wara li naqas milli jsegwi l-iskwadra tiegħu lejn il-muntanji għall-kamp ta’ taħriġ ta’ qabel l-istaġun wara li kien konfermat li ħakmitu din il-marda.
//= $special ?>