Roma qegħdin f’diskussjonijiet ma’ Tottenham biex jaraw il-possibbiltà li jakkwistaw lil Toby Alderweireld. L-uffiċjal ta’ Roma Franco Baldini li hu id il-leminija tal-President James Pallotta, mistenni jiltaqa’ maċ-chairman ta’ Tottenham Daniel Levy.
Baldini li fil-passat ħadem ma’ Tottenham, jittama li jbaxxi r-rikjesta ta’ madwar €30 miljun mitluba minn Levy. Din iċ-ċifra hi minħabba klawsola fil-kuntratt ta’ Alderweireld li tħalli l-plejer jitlaq għal dan il-prezz sa ġimagħtejn qabel l-għeluq tas-suq tat-trasferimenti.
Il-Belġjan fadallu sena kuntratt u jekk jibqa’ ma’ Tottenham, il-plejer ikun jista’ jiffirma kuntratt minn qabel ma’ min irid f’Jannar li ġej. Roma qed jippruvaw jimlew il-vojt li ħalla Kostas Manolas li ngħaqad ma’ Napoli.
Huma jinsabu viċin ukoll għad-difensur ta’ Atalanta Gianluca Mancini. Roma jinsabu pass bogħod mill-ftehim hekk kif mistenni jilħqu ftehim fuq self għal staġun u obbligu li jinxtrara l-plejer għal ċifra totali ta’ €20 miljun flimkien ma’ xi bonus. Fl-istaġun li għadda, Mancini lagħab 35 logħba u skorja sitt gowls.
//= $special ?>