Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi ħfief wara ħabta f’Ħal Qormi

Sewwieq ta’ mutur qiegħed isofri ġrieħi ħfief wara li kien involut f’ħabta ma’ karozza f’Ħal Qormi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30am fi Triq San Bastjan.

Is-sewwieq li għandu 42 sena u joqgħod San Ġwann ittieħed l-isptar b’ambulanza.

Il-karozza kienet misjuqa minn mara ta’ 64 sena mill-Mellieħa li ma kellhiex bżonn assistenza medika.