Internazzjonali

Sparata grenade lejn stazzjon televiżiv fl-Ukrajna minħabba dokumentarju kontroversjali; ‘Revealing Ukraine’

Fl-Ukrajna ġiet sparata grenade lejn stazzjon televiżiv Ukren ftit wara li tħabbar li ser ikunu qed ixandru dokumentarju kontroversjali msejjaħ ‘Revealing Ukraine’, illi jinkludi fost oħrajn intervista mal-President Russu Vladimir Putin.

Sid l-istazzjon huwa meqjus bħala alleat ta’ Putin. U wara li tħabbar li ser jixxandar dan il-programm, l-istazzjon irċieva theddid minn organizzazzjonijiet radikali fil-pajjiż.

Issa l-istazzjon spjega li ser ikun qed jikkanċella x-xandira biex jevita sanzjonijiet u prosekuzzjoni kriminali.