Żagħżugħ mil-Latvja ta’ 28 sena qiegħed isofri ġrieħi gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi f’San Ġwann.
L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 11.55am fi Vjal ir-Riħan meta żewġ karozzi ħabtu, waħda kienet misjuqa minn Slimiż ta’ 49 sena u oħra mil-Latvjan.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żagħzugħ l-Isptar Mater Dei, fejn hu ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi ta’ natura gravi.
//= $special ?>