Lokali

Żagħżugħ jaqa’ sular bil-karozza fis-Saqqajja

Żagħżugħ ta’ 25 sena, minn Birżebbuġa qed isofri ġrieħi ħfief wara li ħassu ħażin u waqa’ sular bil-karozza fit-Telgħa tas-Saqqajja fir-Rabat.

Il-Pulizija qalu lil Net News li l-inċident seħħ għall-ħabta fis-12.55pm ftit tal-mumenti wara li ż-żagħżugħ niżillu l-livell taz-zokkor waqt li kien qiegħed isuq.

Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza, fejn hemm ġie ċċertifikat li qed isofri ġrieħi ħfief.