Lokali

Il-bejgħ tal-propjetà jinsab prattikament wieqaf

Aġenti tal-propjetà qed isostnu li l-bejgħ fis-settur tal-propjetà bħalissa jinsab wieqaf, meta kkumparat mal-bejgħ ta’ qabel ma waqgħu bosta propjetajiet, kawża ta’ xogħol li kien qed isir fuq siti ta’ kostruzzjoni biswit.

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin – l-MDA – Sandro Chetcuti ammetta li dan verament huwa l-każ bħalissa, f’kummenti li ta lill-gazzetta ‘Illum’.

Huwa qal ukoll illi llum il-ġurnata l-provvista tal-propjetà żdiedet ħafna u allura x-xerrejja għandhom iktar għażla… pero ma jemminx li dan it-tnaqqis fil-bejgħ qed jiġi kawża tal-Avviż Legali li ħareġ il-Gvern fl-aħħar ġimgħat.

Fl-istess kummenti, Sandro Chetcuti rrimarka li dan jista’ jkun qed jasal għaliex kien hemm snin ta’ tkabbir li issa kkawża din il-kalma fis-suq.L-‘Illum’ qalet li l-President tal-MDA kien kritiku ħafna tal-bidliet li għamel il-Gvern permezz tal-liġi tal-kera u filwaqt li qal li din il-liġi m’għamlet l-ebda differenza, saħaq li l-proposti tal-MDA ma kinux milqugħa mill-Gvern.