Sport Sport Ieħor

Djokovic jikseb ir-raba’ Grand Slam mill-aħħar ħamsa f’logħba klassika kontra Federer

(Ritratt: EPA)

Novak Djokovic salva żewġ match points biex reġa’ rebaħ Wimbledon wara sfida mill-aqwa b’tie-break fis-set deċiżiv kontra Roger Federer. F’Centre Court u b’atmosfera mill-isbaħ, Djokovic rebaħ 7-6, 1-6, 7-6, 4-6, 13-12.

Dan kien is-16-il Grand Slam ta’ Djokovic fil-karriera, f’dik li kienet l-itwal finali ta’ Wimbledon fl-istorja, bi żball ta’ Federer jagħti r-rebħa lil Djokovic f’erba’ sigħat u 57 minuta. Wara l-logħba, Djokovic li l-logħba kienet surreali.

Federer li fl-età ta’ 37 sena kien qed ifittex li jilħaq ir-rekord ta’ Martina Navratilova u jirbaħ Wimbledon għad-disa’ darba, qal li kienet logħba mill-aqwa, twila u li kien fiha minn kollox.

Għalkemm il-logħba bejn tnejn mill-aqwa tliet tennisti kellha l-potenzjal li ddum, il-konfront inbidel f’wieħed klassiku. Fis-set deċiżiv, Federer kellu żewġ match points meta kien 8-7 minn fuq, iżda Djokovic wieġeb u spiċċa biex rebaħ il-logħba, bil-partita eventwalment tmur għat-tie-break bl-iskor fil-ħames set 12-12.

Is-Serb li għal ħafna ħin deher inferjuri għal Federer, kien rebaħ iż-żewġ tie-breaks preċedenti fil-logħba. Hu għamel l-istess wara li Federer għolla l-ballun fir-ritorn tiegħu biex Djokovic rebaħ it-tie-break 7-3.

L-Iżvizzeru kien qed ifittex li jsir l-ixjaħ rebbieħ ta’ Grand Slam fl-erà tal-Open iżda minflok spiċċa b’rekord tat-tul ta’ logħba hekk kif dan id-dwell qabeż dak preċedenti ta’ erba’ sigħat u 48 minuta li kien sar meta Federer ukoll ħareġ fuq in-naħa telliefa kontra Nadal lura fl-2008.

Grand Slams mirbuħa

Roger Federer      20

Rafael Nadal        18

Novak Djokovic   16

Pete Sampras       14

Roy Emerson       12