Iċ-ċiklist mill-Afrika ta’ Isfel Daryl Impey rebaħ id-disa’ stadju tat-Tour de France hekk kif Julian Alaphilippe żamm postu fil-quċċata tal-Klassifika Ġenerali. Impey għeleb lil Tiesj Benoot biex assigura l-ewwel rebħa fit-Tour de France fi stadju minn Saint-Etienne lejn Brioude.
Iċ-champion renjanti Geraint Thomas li tilef ir-ritmu wara ħabta s-Sibt, baqa’ fil-ħames post minuta u 12-il sekonda wara Alaphilippe. It-tliet darbiet rebbieħ ta’ stadju f’La Vuelta Alessandro de Marchi ttieħed l-isptar wara ħabta fil-bidu tal-istadju.
Impey kien parti minn 15-il ċiklist li ħarbu u spiċċaw 16-il minuta mill-grupp ewlieni ta’ ċiklisti. Il-mument deċiżiv seħħ fl-aħħar telgħa meta laħaq u qabeż lil Benoot u l-Irlandiż Nicholas Roche. L-għaxar stadju jsir bejn Saint-Flour u Albi b’distanza ta’ 217km.
Kif spiċċaw id-disa’ stadju
1. Daryl Impey 4:03.12, 2. Tiesj Benoot +0.00, 3. Jan Tratnik +0.10, 4. Oliver Naesen +0.10, 5. Jasper Stuyven +0.10, 6. Nicholas Roche +0.14, 7. Marc Soler +0.21, 8. Ivan Garcia +1.50, 9. Simon Clarke +1.50, 10. Anthony Delaplace +2.42
Klassifika Ġenerali
1. Julian Alaphilippe 38:37.36, 2. Giulio Ciccone +0.23, 3. Thibaut Pinot +0.53, 4. George Bennett +1.10, 5. Geraint Thomas +1.12, 6. Egan Bernal +1.16, 7. Steven Kruijswijk +1.27, 8. Rigoberto Uran +1.38, 9. Jakob Fuglsang +1.42, 10. Emanuel Buchmann +1.45
//= $special ?>