Sport Sport Ieħor

L-Ingilterra champions tad-dinja tal-cricket għall-ewwel darba

(Ritratt: EPA)

L-Ingilterra rebħet it-Tazza tad-Dinja għall-ewwel darba wara konfront mill-isbaħ kontra New Zealand. Il-finali għall-ewwel darba spiċċat f’parità u saħansitra s-Super Over ukoll intemmet f’parità, bl-Ingliżi jirbħu minħabba li kellhom aktar ġirjiet ta’ erbgħa punti.

L-Ingliżi kellhom bżonn 15-il ġirja mill-aħħar over tal-logħba regolamentari. Ben Stokes għamel six u wara bbenefika meta laqat il-ballun u spiċċa biex kiseb four mhux mistenni. Hu ma kisibx iż-żewġ ġirjiet li kellu bżonn mill-aħħar ballun, biż-żewġ nazzjonijiet jispiċċaw b’241 ġirja.

Fis-Super Over, l-Ingilterra għamlet 15-il ġirja minn sitt blalen u għalhekk in-New Zealand kellha bżonn 16 biex tirbaħ. Fl-aħħar ballun huma kellhom bżonn żewġ ġirjiet iżda Buttler laħaq ħabbat il-ballun mal-isticks biex tefa’ lill-Ingliżi f’dellirju ta’ ferħ, bl-Ingliżi jirbħu minħabba r-regola ta’ min ikun għamel l-aktar erbgħat.

Tags