Sport Waterpolo

Mario Dalli magħżul biex jikkontrolla l-finali tal-Universiade bejn l-Italja u l-Istati Uniti

Ir-referee Malti tal-waterpolo Mario Dalli ġie magħżul biex illum flimkien mal-Ispanjol Xevi Buch jikkontrolla l-finali tal-Universiade bejn l-Italja u l-Istati Uniti. Fis-semifinali l-Italja rebħet 14-6 kontra r-Russja filwaqt li l-Istati Uniti għelbet lill-Ungerija 12-9.

F’din l-edizzjoni, Dalli kkontrolla diversi logħob, anki għaliex Malta ma kinitx preżenti. Hu kien wieħed mir-referees fil-logħbiet mir-rawnd preliminari tan-nisa bejn il-Kanada u l-Ġappun, l-Istati Uniti kontra l-Italja, kif ukoll l-Italja kontra r-Russja. Dalli kien ukoll referee fil-kwarti tal-finali tan-nisa bejn il-Kanada u l-Istati Uniti u s-semifinali bejn l-Ungerija u r-Russja.

Fit-tournament tal-irġiel, Mario Dalli kkontrolla wkoll l-logħba mir-rawnd preliminari bejn il-Ġappun u l-Ungerija kif ukoll is-semifinali bejn l-Istati Uniti u l-Ungerija.