Ilbieraħ filgħaxija ntlemaħ nar li deher ġej min-naħat taċ-Ċenrtu tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.
Mill-ewwel informazzjoni li waslitilna, jidher li n-nirien beda minn appartament fil-qrib tal-istess ċentru. Jidher li n-nar possibilment beda minn laptop li kien qiegħed fuq sodda ġo kamra fuq in-naħa ta’ wara tal-appartament. B’konsegwenza ta’ dan in-nar tferrex faċilment mal-appartament kollu.
Skont sorsi li tkellmu ma’ dan is-sit, jidher li ma kien hemm ħadd fl-appartament x’ħin dan seħħ. Madanakollu, fuq il-post instemgħet persuna tgħajjat, maħsuba li tgħix viċin dan l-istess appartament li jinsab fi Triq it-Torri tal-Kaptan.
Il-ħidma tal-Protezzjoni Ċivili baqgħet għaddejja hekk kif kien hemm bżonn numru ta’ units biex dan jiġi kkontrollat.
//= $special ?>

