Se jibda l-proċess biex il-Knisja tal-Parroċċa Kristu Re ta’ Raħal Ġdid issir bażilika – Dan kien imħabbar mill-Arċisqof Monsinjur Charles Scicluna f’quddiesa speċjali tal-Ħadd li bdiet ukoll ġimgħa ta’ vista Pastorali.S
Bażilika hija terminu arkitettoniku għal ċertu stil ta’ bini, u, kif spiss huwa l-każ fil-Kattoliċiżmu, il-bażilika tiġi lilna mir-Rumani. Meta r-Rumani tal-qedem tkellmu dwar il-bażilika huma kienu qed jirreferu għal sala kbira u ta’ soqfa għolja bi tliet kurijiet twal – It-terminu basilica ġej minn kelma Griega li tfisser, qatgħa ‘l fuq mill-bqija.
L-Knisja Kattolika użat il-bażilika f’dan is-sens, bil-Papa jagħti dan it-titlu lil knisja li għandha sinifikat storiku mhux tas-soltu, jew hija speċjalment sagru minħabba l-preżenza ta’ fdal jew fdalijiet.
Hawn aktar minn 1400 bażilika madwar id-dinja… u issa beda il-proċess biex ta’ Raħal Ġdid tagħmel parti minnhom.I
Il-quddiesa tal-Ħadd f’dan ir-raħal inzertat waħda speċjali wkoll għal Timothy li sar kattoliku wara li rċieva l-magħmudija.
Preżenti għal din iċ-ċerimonja kien hemm ukoll id-Deputat tal-PN, Jason Azzopardi flimkien ma xi kunsillieri tal-PN f’Raħal Ġdid.
//= $special ?>