Paġna taċ-ċiklisti fuq is-sit Facebook ħarġet kontra ż-żebgħa ħadra għall-użu taċ-ċiklisti fit-triq tal-Balal, li ġiet introdotta fl-aħħar jiem.
Fl-istqarrija tagħhom, il-paġna Bicycle Advocacy Group saħqet li dawn il-korsiji mhumiex adekwati u siguri għall-użu, u minflok iħarsu liċ-ċiklisti iktar qed jipperikolawhom.
Intqal ukoll illi ż-żebgħa ħadra mhix alternattiva vijabbli għal infrastruttura taċ-ċikliżmu.
Apparti hekk, il-paġna żiedet tgħid li din it-tip ta’ żebgħa tkun ukoll tiżloq, li fix-xita se jkun qed iwassal għal inċidenti fatali.
//= $special ?>