Intervjent f’waqtu mill-Pulizija wassal għall-arrest ta’ raġel minn ħanut tal-merċa wara li sar rapport ta’ hold-up fi Triq Rue D’Argens fil-Gżira għall-ħabta tal-5.30pm.
Il-persuna ġiet arrestata wara li ssakret fil-ħanut. Għal bidu rreżistiet l-arrest u nfexxet f’għajjat u tgħajjir lejn il-Pulizija. Hu maħsub li l-istess persuna kienet armata b’arma li taqta’ u bil-ponta.
Mhux eskluż li kien hemm persuna jew persuni oħra involuti f’dan il-każ. Mhux magħruf lanqas jekk kienx hemm min telaq minn fuq il-post idu f’idu jew insterqux xi prodotti jew saħansitra flus kontanti.
//= $special ?>
