Anzjana qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret f’Marsalforn, Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.45 ta’ filgħodu fi Triq il-Qbajjar meta għal xi raġuni l-anzjana ta’ 68 sena residenti fl-istess lokalità sfat milquta minn vettura misjuqa minn raġel ta’ 46 sena minn Ta’ Kerċem.
Iktar tard hi ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għal iktar kura.
F’inċident separat bejn mutur u vettura, din id-darba fir-Rabat Għawdex, is-sewwieqa sofrew xi ġrieħi ħfief.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.45 ta’ dalgħodu fi Triq ir-Repubblika, meta għal xi raġuni kien hemm impatt bejn mutur tat-tip Honda misjuq minn raġel ta’ 66 sena residenti n-Nadur u karozza tat-tip Vitz misjuqa minn mara ta’ 54 sena mis-Sannat.
Fuq il-post issejħu Pulizija tad-distrett u tim mediku biex jassistu lis-sewwieqa.
//= $special ?>

