Lokali

BĦALISSA: Il-Pulizija jikkontrollaw argument fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa

Numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija minn diversi sezzjonijiet, fosthom dawk tar-Rapid Intervention Unit, ikkontrollaw argument fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa.

Il-ġlieda jidher li nqalgħet bejn grupp ta’ persuni, tant li l-Pulizija żammet mill-inqas sebgħa biex jassistuha fl-investigazzjoni. Net News għandu informazzjoni minn għand dawk preżenti li fost dawk involuti fil-ġlieda kien hemm persuna mill-Ghana u persuna oħra Eritrea.

Dawn saħansitra sarulhom tfittxijiet fuqhom, fost oħrajn għall-possibbiltà li kienu armati.

Fuq il-post kien hemm ammont sostanzjali ta’ karozzi tal-Pulizija u numru kbir ta’ uffiċjali tal-Pulizija. Jidher li s-sitwazzjoni ġiet kontrollata minnufih hekk kif il-Pulizija waslu fuq il-post.