Minkejja li hu evidenti li l-bike lane fi Triq tal-Balal f’San Ġwann tispiċċa ġo binja, għall-Ministru Ian Borg hi biss “interpretazzjoni ta’ min għoġbu jagħmel dan il-kumment.”
Il-kwistjoni bdiet wara li l-Bicycle Advocacy Group esprima tħassib ġenwin li ċ-ċiklisti jinsabu f’riskju b’dawn il-bike lanes ġodda.
Iżda l-Ministru Ian Borg anke f’dan il-każ, flok aċċetta l-kritika, attakka li dan il-grupp li ttimbrah bħala wieħed li dejjem jikkritika.