Fil-Qorti kellu jkompli jinstema’ l-appell dwar il-kaz marbut mal-inkjesta Egrant fejn il-Kap tal-Oppozizzjoni Adrian Delia qed jitlob li jittellghu tliet Ministri biex jixhdu, madankollu l-kawża ġiet mill-ġdid differita.
Adrian Delia sostna li issa se jingħata provediment dwar it-talba tal-Oppożizzjoni li jiġu preżentati dokumenti relatati mat-tliet Ministri li kellhom informazzjoni li kienet tinsab fl-Inkjesta Egrant.
Il-Kap tal-PN qal li minħabba dan, din il-kawża se tittawwal għal wara s-sajf – u għalhekk dan hu każ ieħor fejn id-demokrazija f’Malta qed tibqa’ titnaqqar, u mill-ġdid intilfu xhur prezzjużi milli l-poplu jkollu l-fatti kollha f’idu.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jiġġieled dan il-każ fil-Qorti biex jingħata aċċess għar-rapport sħiħ tal-Inkjesta Egrant bħalma għandhom il-Prim Ministru u esponenti oħrajn tal-Partit Laburista u għalhekk qalet id-difiża tal-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jkun magħruf dwar x’jafu u ma jafux il-Ministri fuq rapport li mhux suppost qiegħed għandhom.
Minkejja li l-Avukat Ġenerali qed jopponi kull talba li qed isir minn naħa ta’ Adrian Delia, u dan biex il-poplu wkoll ikun jaf x’fih ir-rapport intier Egrant, għax f’pajjiż demokratiku, hekk isiru l-affarijiet, l-Avukat Ġenerali qed ikompli jinsisti li dan il-proċess m’għandux għalfejn ikun wieħed mgħaġġel.
L-appell qed jinstema’ quddiem il-Prim Imhallef Joseph Azzopardi.
//= $special ?>