Sport Sport Ieħor

Geraint Thomas jitla’ fit-tieni post wara Alaphilippe fil-klassifika ġenerali

(Ritratt: EPA)

Ir-rebbieħ tas-sena l-oħra Geraint Thomas tela’ fit-tieni post fil-klassifika ġenerali wara tmiem drammatiku għall-għaxar stadju. Flimkien ma’ Julian Alaphilippe li baqa’ fil-quċċata, Thomas ibbenefika mill-fatt li xi ċiklisti nqatgħu minn mal-grupp ewlieni u ħasdu lil xi rivali.

Iċ-ċiklist ta’ 33 sena beda l-aħħar stadju qabel il-waqfa fil-ħames post. Il-Belġjan Wout van Aert għeleb lil Elia Viviani fi sprint. L-istadju ma kellux inċidenti sa madwar 40km mit-tmiem meta Rigoberto Uran prova jieħu vantaġġ.

Iżda ċiklisti bħal Thibaut Pinot u Jakob Fuglsang inħasdu mill-kontrattakk ta’ Alaphilippe. Team Ineos daħal fl-azzjoni biex mexxa lil Thomas kif ukoll lil Egan Bernal biex kisbu riżultat pożittiv li bih jinsabu mal-ewwel tlieta. Iċ-ċiklisti għandhom waqfa għada, bit-Tour de France jkompli l-Erbgħa bil-11-il stadju minn Albi lejn Toulouse b’distanza ta’ 167km.

Kif spiċċaw l-għaxar stadju:1. Wout van Aert 4:49.39, 2. Elia Viviani, 3. Caleb Ewan, 4. Michael Matthews, 5. Peter Sagan, 6. Jasper Philipsen, 7. Sonny Colbrelli, 8. Matteo Trentin, 9. Oliver Naesen, 10. Greg van Avermaet

Klassifika Ġenerali:1. Julian Alaphilippe 43:27.15, 2. Geraint Thomas +1.12, 3. Egan Bernal +1.16, 4. Steven Kruijswijk +1.27, 5. Emanuel Buchmann +1.45, 6. Enric Mas +1.46, 7. Adam Yates +1.47, 8. Nairo Quintana +2.04, 9. Daniel Martin +2.09, 10. Thibaut Pinot +2.33