Lokali

Imut il-mużiċista Tony Scott

Tħabbret il-mewt ta’ Anthony Debono, magħruf bħala Tony Scott, li miet fir-residenza tiegħu f’Għawdex nhar il-Ġimgħa li għadda. Hu kellu 68 sena.

Tony Scott, l-eks raġel tal-kantanta magħrufa Phylisienne Brincat, kien mużiċist u producer mużikali, li fl-imgħoddi ta kontribut kbir lill-qasam mużikali b’xogħlijiet għall-palk, fosthom musicals li baqgħu magħrufa sal-lum bħal ‘Pawlu 2000’ u ‘Reġa’ Sebaħ’. Hu kkontribwixxa b’kompożizzjonijiet mużikali oriġinali anki barra l-pajjiż.

Kien magħruf sew minn għadd ta’ kantanti, awturi u kompożituri hekk kif għal snin twal ipproduċa u anki kiteb materjal mużikali oriġinali.

Tony Scott kellu żewġt itfal u għal dawn l-aħħar snin kien jgħix f’Għawdex.