Grupp ta’ 150 Malti, fosthom madwar 50 tifel li huma players tal-football, jinsabu maqbuda fid-Danimarka wara li t-titjira privata li t-Tnejn kellha twasalhom Malta, ġiet ikkanċellata.
Sezzjonijiet tal-media qed jirraportaw li t-taħwida kollha saret minn Joffrey Mallia, persuna impjegat mal-Air Malta u li wara dan kollu spiċċa sospiż minn xogħlu.
Minbarra li huwa impjegat mal-linja nazzjonali tal-ajru, Mallia għandu wkoll kumpanija privata bl-isem ta’ Flight Support Services li torganizza dawn iċ-charter flights. Jidher li huwa ġie sospiż minn xagħlu minħabba li kien hemm kunfitt ta’ interess…minkejja li l-kumpanija ilha imwaqqfa mill-2009.
Il-kumpanija ħasret it-titjira lejn Malta mingħajr ma tat ebda raġuni u mingħajr ma offriet alternattiva biex dan il-grupp ta’ tfal ikun jista’ jiġi lura Malta.
Jidher li Joffrey Mallia, li huwa wkoll bdot privat, kien involut ukoll fiċ-charter flight li xtrat l-MFA għall-Farroe Island is-sena li għaddiet, ghal-loghba tat-tim nazzjonali. Dakinhar ukoll kien hemm delay tal-flight. Iżda sena ilu…. ħadd ma semma l-kunflitt ta’ interess.
Skont informazzjoni li kiseb NET news il-150 persuna issa jinsabu fl-akkomodazzjoni li kellhom tul dawn l-aħħar jiem peress li l-Ħadd stess kienu infurmati li t-tirjira li suppost kellha titlaq it-Tnejn filgħodu kienet se tittardja għal ħin indefinit.
Kienu diversi l-ġenituri ta’ dawn it-tfal li tkellmu magħna, fejn esprimew it-tħassib tagħhom għal dak li kien għaddej fid-Danimarka. Anke minhabba l-fatt li f’hin minnhom il-media tal-PL bdiet tghid li t-tfal kienu maqbuda l-ajruport – xi haga li kienet totalment skorretta.
Dakinhar li dan il-grupp telaq minn Malta wkoll kellu problemi bit-titjira. Filfatt l-istess titjira spiċċat telqet kważi għaxar sigħat tard.
Minħabba dan l-inkonvenjent li nqala’, il-Gvern kellu joffri relief flight lil dan il-grupp biex dawn ikunu jistgħu jinġiebu lura Malta. Jidher li huma se jaslu lura kmieni t-Tlieta filgħodu.
//= $special ?>