Lokali

Isofri ġrieħi gravi sewwieq ta’ mutur li tilef il-kontrol u tkaxkar ġo ħajt

Għall-ħabta ta’ 9.30 ta’ dalgħodu sewwieq ta’ mutur tilef il-kontrol tal-mutur tiegħu (Vespa) u daħal ġo ħajt fis-Siġġiewi, b’konsegwenza li qed isofri ġrieħi gravi.

L-inċident seħħ fi Triq l-Imqabba meta għal xi raġuni s-sewwieq, Taljan ta’ 59 sena residenti Marsaskala tilef il-kontrol b’konsegwenza li tkaxkar u daħal ġol-ħajt.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn wara kura li ngħata fuq il-post, hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.