Futbol Sport

Neymar juri x-xewqa li jħalli lil PSG

Rapporti fil-media internazzjonali qed jgħidu li Neymar qal lil Paris Saint-Germain li jrid iħalli l-klabb. Fl-aħħar jiem, il-futur ta’ Neymar kien suġġett għal diversi rapporti tant li lbieraħ intqal li hu kkonferma l-intenzjoni tiegħu wara diskussjoni mad-Direttur Sportiv tal-klabb Leonardo.

Jidher li PSG pruvaw jikkonvinċu lil Neymar biex jibdel il-fehma tiegħu, bl-internazzjonali Brażiljan ma jgħidx fejn jixtieq jiċċaqlaq. PSG għadhom iridu jgħaddu kumment uffiċjali iżda fost il-klabbs interessati jidher li hemm Barcelona, il-klabb li kien miegħu qabel ingħaqad mal-Pariġini.

Barcelona għadhom ma għamlu l-ebda offerta uffiċjali iżda rapporti fi Spanja qed jgħidu li l-Katalani mistennija jinkludu xi plejers jekk jagħmlu l-offerta tagħhom, b’waħda mir-raġunijiet tkun biex ibaxxu l-prezz.

Tags