Ilbieraħ wara nofsinhar, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs il-Pulizija rċeviet informazzjoni li ġiet innutata persuna li x’aktarx kien se jisraq minn residenza privata fi Triq il-Granmastru Perellos, iż-Żejtun.
Minnufih Pulizija tad-Distrett flimkien ma` Pulizija mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit marru fuq il-post u daħlu fir-residenza. Waqt li kienu qed isiru t-tfittxijiet, raġel ta’ 40 sena instab jistaħba fuq ilbejt u ġie arrestat minnufih.
Ir-raġel inżamm arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti llum. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

