Lokali

Ritratti: Ġimgħa wara… il-loġoġ tal-Floriana baqgħu ma tnaddfux

Ġimgħa wara li sar il-Kunċert tal-Isle of MTV, il-loġoġ tal-Floriana fi Triq Sant’Anna baqgħu ma tnaddfux kif suppost.

Residenti bagħtulna r-ritratti tal-istat ta’ taħt il-loġoġ preżentament filwaqt li persuna oħra qaltilna li din saret prassi normali li jiġu jitfgħu ftit ilma u wara jħallu kollox kif inhu.

Persuna oħra qalet magħna li huwa tajjeb li jnaddfu l-Fosos mill-ewwel “hekk għandu jkun”, iżda appellat biex ma jinsewx iz-zoni l-oħra fejn jgħixu l-Furjaniżi.

Numru ta’ nies fl-aħħar jiem appellaw biex ir-resident jingħataw aktar prijorità qabel, waqt u wara kunċerti bħal dawn fil-lokalità tal-Floriana, dan inkluż il-Minority Leader tal-lokal, James Aaron Ellul.

https://www.facebook.com/elluljamesaaron/posts/2277994382287753