Lokali

Talba għal speed camera fi Triq il-President Anton Buttigieg

Il-Kunsill Lokali taż-Żejtun qed jitlob li ssir speed camera fi Triq il-President Anton Buttigieg, xi ħaġa li ilu jitlob mill-2010.

Dan intqal mill-Kunsill permezz ta’ stqarrija fejn qal li minkejja l-inċidenti fatali, u bosta oħrajn ta’ natura gravi, it-talba tal-Kunsill qatt ma ġiet milqugħa.

Il-Kunsill Lokali Żejtuni kompla billi qal li kien anki fl-2017 fejn kienu talbu lil-LESA sabiex isir Traffic Impact Assesment minn espert fil-qasam tat-traffiku, xi ħaġa li saret, u li l-konklużjoni kienet waħda ċara, li għandha ssir speed camera sabiex ikun hemm aktar sigurtà u jitnaqqsu l-abbużi.

Il-Kunsill qal li fl-aħħar jiem seħħ inċident ieħor gravi fejn fost dawr midruba kien hemm tifla ta’ 3 snin.

Tags