Taljan ta’ 47 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn sit ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-sebgħa u kwart,
fi Triq Schreiber, San Ġiljan
Minn investigazzjonijiet preliminari li għamlet il-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li r-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol ġewwa sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Schreiber, San Ġiljan meta għal xi raġuni waqa’ għoli ta’ madwar sular.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien mal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lill-vittma. Huwa ttieħed l-Istpar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mill-Ispettur Leeroy Balzan. Bil-kaz giet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Doreen Clarke, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.