Lokali

TURIŻMU: Jonqos l-ammont ta’ kemm iqattgħu ljieli f’pajjiżna

Minkejja ż-żieda fit-turisti li ġew f’Malta, jidher li l-ammont ta’ ġranet li qattgħu hawnhekk kien ferm inqas minn snin oħra.

Dan ħareġ mill-Uffiċju tal-Istatistika Nazzjonali hekk kif jidher li n-numru ta’ iljieli li qattgħu t-turisti u barranin naqas drastikament b’3.6% fix-xahar ta’ Mejju. Dan minkejja li kien hawn żieda ta’ 1.3% ta’ barranin li għaddew mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

L-ammont ta’ barranin li daħlu f’pajjiżna kien dak ta’ 265,701 iżda kienu biss 1.6 miljun ta’ iljieli li bbukjaw biex jorqdu f’diversi akkomodizzjonijiet – ammont żgħir meta kkumparat ma’ kemm il persuni daħlu f’Malta.

Il-lukandi u guest houses kienu l-iktar akkomodazzjonijiet li l-barranin għażlu f’pajjiżna – b’madwar 54.4%.

Total ta’ 233,139 kienu turisti f’pajjiżna li ġew għal vaganza, filwaqt li 18,204 oħra daħlu f’Malta fuq tip ta’ xogħol.

Jidher li mill-istatistika li ħarġet, it-turisti minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropeja żdiedu b’21.5% meta kkumperat mal-istess xahar tas-sena l-oħra.