Raġel ta’ 55 sena u mara ta’ 54 sena sofrew minn ġrieħi gravi wara li l-mutur li kienu kellu impatt ma’ karozza. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tad-disgħa u nofs fi Triq Tal-Balal, limiti ta’ San Ġwann.
Minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li seħħ impatt bejn mutur tat-tip Honda misjuq minn raġel ta’ 55 sena residenti s-Swieqi u vettura tat-tip Peugeot 308 misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti Ħaż-Żabbar. Mara ta’ 54 sena residenti Tas-Sliema kienet passiġġiera fuq il-mutur. Kemm ix-xufier kif ukoll il-passiggiera tal-mutur ittieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.
Aktar tard il-Pulizija ġiet infurmata li ż-żewġ persuni qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.
//= $special ?>

