Lokali

7 mill-Marokkini għadhom maħruba

Seba’ immigranti għadhom ma nstabux mill-Pulizija wara li lbieraħ ħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi.

Matul il-lejl, il-Pulizija u l-membri tas-Servizz ta’ Detenzjoni qabdu 4 Marokkini minn dawk li rnexxielhom jaħarbu miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni. Net News hu nfurmat li l-4 immigranti nstabu fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far, u kienu qed jistaħbew ma’ Marokkini oħra li jgħixu f’dan il-post.

Sa issa, it-tfittxijiet wasslu għall-arrest ta’ 13 mill-immigranti maħruba. Dawn ittieħdu mill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.

Il-Pulizija għadhom għaddejjin bit-tfittxija għal 7 immigranti oħra.